Sarvetta tal-karti Paper serviette

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal SARVETTA TAL-KARTI għandha tlett partijiet. (i) L-ewwel l-idejn jieħdu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares ’il barra u jagħmlu l-forma ta’ kwadru vertikali bil-werrejja. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal ĦASEL IDEJH. Il-pala ta’ id iddur fuq il-pala l-oħra xi tlett darbiet. (iii) Fl-aħħar, l-idejn jieħdu l-forma ta’ L kkurvata u jitqiegħdu ftit ’il bogħod minn xulxin.

The sign for PAPER SERVIETTE has three parts. (i) First the hands take the shape for 1 with palms facing outwards. The hands make the vertical shape of a square with the index fingers. (ii) Then the sign for WASH HANDS is made. The palm of one hand rotates over the other palm about three times. (iii) Finally, the hands take the shape of curved L and are placed a little away from each other.